Jitħabbru d-dati tal-kaċċa fil-Ħarifa

Ir-regolazzjoni tal-konservazzjoni tal-għasafar ġiet emendati biex tinkludi l-proviżjonijiet dwar l-istaġun tal-kaċċa fil-Ħarifa.
Il-kaċċa tal-għasafar minn fuq l-art se tkun permessa bejn l-1 ta’ Settembru u l-aħħar ta’ Jannar fil-ħin ta’ bejn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx u sagħtejn wara nżul ix-xemx. Fil-Ħdud u l-festi, il-kaċċa tista’ issir bejn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sas-1pm.
Il-kaċċa minn fuq il-baħar se tkun permessa mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Jannar bl-istess ħinijiet li huma applikabbli għall-kaċċa fuq l-art.
B’riżultat ta’ dawn l-emendi, id-dati fl-istaġun tal-kaċċa fil-Ħarifa se jkunu fissi.  
Taħt ir-regoli ġodda, dawk li se jinqabbdu jikkaċċaw lejn speċi protetta, se jkollhom iħallsu multa ta’ €5,000 jew sena priġunerija.