Jitħabbru ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Scicluna għal Jannar

20/01/2019 19:08:26 Ħal Qormi

Read in English.

Matul ix-xahar ta’ Jannar, l-Arċisqof Charles J Scicluna ser ikompli jiċċelebra quddies matul il-ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Permezz ta’ stqarrija l-Arċidjoċesi ta’ Malta ħabbret li l-quddies qed jixxandar;

  • Mit-Tnejn sas-Sibt fid-9:30 a.m. mill-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Wara l-quddiesa tingħad it-talba tar-Rużarju. Dan il-ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil-5:30 p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid-9:30 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM2, Facebook u YouTube. Din tiġi mtennija fuq TVM2 fis-6:30 p.m.

F’dawn il-ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l-quddies f’dawn il-knejjes;

  • Il-Ġimgħa l-1 ta’ Jannar 2021, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis-Solennità tal-Imqaddsa Marija Omm Alla u l-Jum Dinji tal-Paċi, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Din tixxandar fuq TVM2.
  • Il-Ħadd 3 ta’ Jannar, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-Epifanija li matulha jitħabbru l-festi tal-Mulej għas-sena 2021 u jagħti l-Ministeru tal-Lettorat lil tliet seminaristi u l-Ministeru tal-Akkolitat lil żewġ seminaristi, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM2. Fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr f’għeluq il-100 anniversarju mill-għoti tat-titlu ta’ Bażilika Minuri lill-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Bambina, l-Isla.
  • It-Tlieta 12 ta’ Jannar, fil-11:00 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Servizz Ekumeniku fil-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.
  • Is-Sibt 23 ta’ Jannar, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi traslazzjoni u t-talba tal-Ewwel Għasar u wara jiċċelebra quddiesa lejlet il-festa tal-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina.
  • Il-Ħadd 24 ta’ Jannar, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal Solenni tal-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Din tixxandar fuq TVM2.
  • It-Tnejn 25 ta’ Jannar, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-kappella taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù, u wara jbierek il-librerija tal-iskola. Din tixxandar fuq TVM2.