Jitħabbru attivitajiet mill-Kunsilli Lokali għal Ġunju

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo ħabbar l-attivitajiet kulturali tal-Kunsilli Lokali għal-Ġunju.
Qal li l-Gvern se jsaħħaħ il-ħidma tal-kunsilli biex jippromwovu l-identità tal-lokalità, is-snajjar u l-arti fuq bażi lokali.
Spjega kif il-ħames attivitajiet li ġew ippreżentati se jiswew mal-€50,000 li minnhom il-Gvern joħroġ 40% tal-ispejjeż.
L-attivitajiet se jkunu l-Festa ta’ Lapsi fis-6 ta’ Ġunju f’San Ġiljan, il-festival Fiori D’Argenta bejn it-13 u l-14 ta’ Ġunju fix-Xewkija, il-festival Arti fil-Beraħ bejn l-20 u l-21 ta’ Ġunju f’Wied il-Għajn.
Fl-istess ġranet fix-Xagħra ħa jsir il-festival tat-Tin u Ikel tradizzjonali u fis-27 ta’ Ġunju jkun hemm l-attività Inġeddu Tfulitna f’Birżebbuġa.
Stefan Buontempo awgura lill-Kunsilli Lokali għall-attivitajiet tagħhom.  

Ritratt: DOI – Jason Caruana