Jitħabbru 48 każ ġdid ta’ COVID-19; 9 każijiet minn djar tal-anzjani

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 48 każ ġdid ta’ COVID-19 f’Malta filwaqt li fiequ 7 pazjenti, biex b’hekk bħalissa hawn 648 każ attiv f’Malta.

Skont l-infografika maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa lbieraħ saru 2,124 swab test.

Fost il-każijiet li nstabu hemm:

  • 9 każijiet minn djar tal-anzjani
  • 5 każijiet ta’ familjari ta’ każijiet pożittivi magħrufa.
  • 4 każijiet li ġew f’kuntatt dirett ma’ każijiet pożittivi.
  • 3 każijiet li huma kollegi u kienu fuq il-post tax-xogħil ma’ każijiet pożittivi oħra.
  • 2 każijiet mill-cluster tal-Isptar Monte Carmeli
  • 2 każijiet mill-cluster ta’ skola tal-Ingliż

OFFICIAL COVID-19 figures for 18•08•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Tuesday, August 18, 2020