Jitħabbru 3 diretturi ġodda fix-xena artistika Maltija

Tliet diretturi artistiċi ġodda ġew imħabbra bħala parti mill-mixja tal-Belt Valletta lejn Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.
It-tliet pożizzjonijiet importanti ngħataw lil Michelle Castelletti, Toni Sant u Mario Philip Azzopardi.
Michelle Castelletti ġiet appuntata direttur tal-Malta Arts Festival, Toni Sant tħabbar bħala direttur artistiku tal-Kavallier ta’ San Ġakbru Ċentru għall-Kreattività u Mario Philip Azzopardi se jieħu r-rwol ta’ direttur artistiku tal-Fondazzjoni Valletta 2018 mill-1 ta’ Jannar 2015.
It-tliet ћatriet huma mistennija li jdaћћlu enerġija ġdida fix-xena artistika lokali, billi jipprovdu punti strateġiċi li jiltaqgћu filwaqt li jibqgћu distinti, u b’hekk joћolqu strateġija kulturali u artistika koerenti fil-mixja tal-Belt bћala Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018.