Jitħabbru 100 sodda oħra għall-anzjani

100 sodda f’żewġ djar tal-anzjani se jkunu qed jintużaw għal dawk l-anzjani li għandhom livell ta’ dipendenza medju u għoli. Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis.

Huwa qal li l-Gvern se jkun qed jinvesti €2.4 miljun. Decelis qal li se jkun hemm 50 sodda f’Casa Pinto f’Ħal Qormi u 50 sodda oħra fil-Golden Care Home fin-Naxxar.

Żied li minkejja l-investiment li qed isir, fadal iktar xi jsir minħabba li d-domanda għal dawn id-djar qiegħda dejjem tiżdied.

€400,000 f’xogħlijiet f’Ta’ Pennellu

Xogħol ta’ rinovar u tisbiħse jkun qed isir fil-Housing Estate ta’ Pennellu fil-Mellieħa. Dan il-proġett se jiswa €400,000 u se jkunu qed jibbenefikaw minnu 45 familja li jgħixu hemmhekk.

Dan il-proġett tħabbar mis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes waqt konferenza tal-aħbarijeit. Huwa qal li ”b’mod partikolari kien hemm bżonn interventi fuq il-bjut u l-faċċati biex jiġu evitati ħsarat ikkawżati minn dħul ta’ ilma.“

Ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett huma mistennija li jkunu lesti sa Settembru li ġej