Jitħabbar lockdown fir-Renju Unit

REUTERS

Read in English.

Il-Prim Ministru Boris Johnson għadu kemm ħabbar lockdown fir-Renju Unit.

F’indirizz li għamel lin-nazzjon illejla, Johnson inkoraġġixxa lill-poplu Brittaniku sabiex jibqa’ d-dar.

Huwa spjega li l-Ingliżi se jitħallew joħorġu minn djarhom għal raġunijiet limitati ħafna, biex jixtru n-neċessitajiet, biex jagħmlu xi tip ta’ eżerċizzju darba f’ġurnata (waħedhom jew ma’ tad-dar biss), għal raġunijiet mediċi, u biex imorru għax-xogħol (jekk ma jistgħux jaħdmu mid-dar).

B’ton strett, huwa qal li lanqas ma hu permess li jiltaqgħu ma’ nies tal-familja li ma joqogħdux magħhom. L-uniku kuntatt tal-Ingliżi għandu jkun ma’ dawk li joqogħdu fl-istess dar.

L-Uffiċċju tal-Affarijiet Barranin fl-Ingilterra llum għamel appell lill-Ingliżi li jinsabu msefrin madwar id-dinja fuq btala biex jirritornaw. L-istess appell għamlitu l-Kummissjoni Ingliża f’Malta lil dawk li qegħdin Malta bħalissa.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn