Il-fergħa ta’ Nisa Laburisti (NL) fi ħdan il-Partit Laburista ħatret eżekuttiv ġdid wara li kienu fetħu n-nominazzjonijiet f’Marzu li għadda u se jkun kompost minn:
· President – Nikita Zammit Alamango
· Segretarju Eżekuttiv – Jennifer Tabone
· Chair Finanzjarju – Fiona Borg Lewis
· Chair Internazzjonali – Christine Dalli
· Chair Edukazzjoni – Romilda B Zarb
· Chair Bilanċ bejn ix-Xogħol u Familja – Alison Zerafa Civelli
· Chair Għawdex – Abigail Camilleri
· Chair Azzjoni pożittiva u opportunitajiet indaqs – Davina Sammut Hili
· Chair Kumitati Lokali Nisa, Uffiċjali Nisa membri tal-kumitati lokali, u membri Nisa – Nadia Portelli
Fi stqarrija Nisa Laburisti rringrazzjat lill-membri tal-Eżekuttiv uxxenti li matul dawn l-aħħar snin taw kontribut lejn din il-fergħa tal-Partit Laburista/
L-Għaqda temmet tgħid li matul dawn ix-xhur li ġejjin Nisa Laburisti se tkompli tiddiskuti temi relatati mal-mara u fl-istess ħin se tkun qed tippreżenta proposti u inizjattivi varji fejn din il-fergħa se tkompli tiġġedded fi ħdan il-Partit Laburista.