Jitħabbar ir-rebbieħ tal-Pizza Hut għall-Maldivi

Il-Pizza Hut tħabbar li Matthew Fenech hu r-rebbieħ ta’ vjaġġ għall-Maldivi, bl-ispejjeż kollha mħallsa, tal-kompetizzjoni ta’ Jum San Valentinu.
Il-Pizza Hut, flimkien mal-Flyaway u l-Emirates, għamlu kampanja matul Frar li fiha kull minn xtara pizza mill-għażla ‘Lovers’ daħal fiċ-ċans li jirbaħ dan il-premju.
Il-biljett ittella’ fil-5 ta’ Marzu u, wara li wieġeb tajjeb għall-mistoqsija li saritlu, Matthew ġie ppreżentat bil-pakkett li kien jinkludi t-titjiriet għall-Maldivi u akkomodazzjoni ‘half board’ ta’ 7 ljieli għal tnejn min-nies.
Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li matul is-snin, il-Pizza Hut saret sinonima ma’ kampanji kbar li fihom il-klijenti jingħatawlhom premjijiet sbieħ. Il-Pizza Hut tirringrazzja lill-Flyaway u l-Emirates talli ngħaqdu flimkien biex din il-kampanja kienet suċċess.