Jitħabbar il-proċess tal-approvazzjoni taċ-ċekkijiet għall-jiem li ġejjin

Read in English.

It-Taqsima taċ-Ċekkijiet tal-Bank Ċentrali ta’ Malta qed tavża li jista’ jagħti l-każ li jkun hemm xi dewmien fil-proċess tal-approvazzjoni taċ-ċekkijiet li se jiġu ppreżentati lejn l-aħħar tas-sena. Dan minħabba li l-Bank of Valletta se jkun qed jagħlaq nhar it-30 u l-31 ta’ Diċembru. Il-proċess jista’ jtul xi ftit kif jidher hawn taħt:

  • Għaċ-ċekkijiet iddepożitati nhar it-Tliet 24 ta’ Diċembru 2019, il-kapital se jkun aċċessibbli mhux aktar tard mill-Ħamis 2 ta’ Jannar 2020.
  • Għaċ-ċekkijiet li se jkunu ddepożitati sa nhar it-Tnejn 30 ta’ Diċembru 2019, il-kapital se jkun aċċessibbli mhux aktar tard mill-Ġimgħa 3 ta’ Jannar 2020.
  • Għaċ-ċekkijiet li se jkunu depożitati nhar il-31 ta’ Diċembru 2019, il-kapital se jkun aċċessibbli mhux aktar tard mit-Tnejn 6 ta’ Jannar 2020.

L-approvazzjoni taċ-ċekkijiet terġa’ lura għan-normal minn nhar il-Ħamis 2 ta’ Jannar 2020.