Jitħabbar il-kalendarju tal-Cross Country National Point Series

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mountain Bike ħabbret il-kalendarju tal-attivitajiet għall-2020 Cross Country National Point Series li se jibda nhar il-Ħadd 19 ta’ Jannar  fl-Imġarr.

In-National Point Series se jkun qed jikkonsisti f’ħames tlielaq bejn Jannar u Lulju. It-tlielaq se jkunu qed isiru f’Ta’ Lippija Tower, L-Imbordin, Ħaġar Qim, Majjistral Park u Selmun. Skont stqarrija maħruġa mill-Assoċjazzjoni, hu mistenni li jieħdu sehem is-sewwieqa Maurice Formosa, Brandon Sultana, Etienne Bonello, Patrick Scicluna, Jason Vella, Marie Claire Aquilina kif ukoll numru ieħor ta’ sewwieqa li jieħdu sehem b’mod regolari.

Din is-sena l-Assoċjazzjoni introduċiet sezzjoni ġdida bil-għan li tqarreb aktar sewwieqa ġodda lejn l-isport. Il-kategorija l-ġdida se tkun fuq rotta iqsar u xi ftit eħfef mill-bqija.

It-tlielaq kollha se jibdew fit-8:00am minbarra t-tellieqa finali li se tkun qed tibda fil-5:00pm.

It-tlielaq se jkunu kif ġej:

Race 1 Sunday 19th January Ta’ Lippija

Race 2 Sunday 23rd February Limbordin

Race 3 Sunday 15th March Majjistral Nature & History Park

Race 4 Sunday 19th April Selmun

Race 5 Saturday 4th July Ħaġar Qim

Se ssir laqgħa għal dawk li se jkunu qed jipparteċipaw nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Jannar fis-07:00pm fil-Mosta. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn hawn.