Jitħabbar il-funeral taż-żagħżugħ li miet fil-baħar

Il-funeral taż-żagħżugħ li mar jogħdos u qatt ma tela’ lura, Neil Zammit, se jsir nhar it-Tnejn li ġej f’Raħal Ġdid.

Il-quddiesa se tkun fil-Knisja ta’ Kristu Re fit-8.30am.

Il-familja tal-vittma wriet ix-xewqa li min jattendi ma jilbisx iswed, imma jilbes abjad, blu, kuluri oħra jew camouflage. Il-familja talbet li ħadd  ma jilbes iswed jew ingravati.

Neil instab mejjet fl-4 ta’ Settembru, wara li ġie rappurtat nieqes fl-inħawi ta’ Baħar iċ-Ċagħaq. It-tfajla tiegħu wriet is-sogħba tagħha lbieraħ u qalet li beħsiebha tibqa’ tkellmu kuljum.