Jitħabbar il-funeral tal-vittma tan-nar f’Ħaż-Żebbuġ

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Każin San Ġużepp ta’ Ħaż-Żebbuġ ħabbar li l-funeral ta’ Joe Attard se jsir nhar is-Sibt illi ġej. Joe Attard u Matthew Borg kienu weġġgħu nhar is-26 ta’ Jannar waqt li kien qed jinħaraq skart pirotekniku tas-snin imgħoddija barra mill-Kumpless tan-Nar tas-soċjetà f’Wied Qirda.

AQRA: Filmat: Tnejn fil-periklu tal-mewt f’inċident f’kamra tan-nar f’Ħaż-Żebbuġ

Attard li hu magħruf bħala l-Ġermaniż, tilef ħajtu l-Erbgħa li għadda.

F’messaġġ fuq Facebook mill-paġna tal-Każin, ġie spjegat kif il-korteo se jkun akkumpanjat mill-Banda De Rohan u se jibda fis-1.45pm minn ħdejn il-Kappella ta’ Santu Rokku u jgħaddi minn Triq il-Kbira għall-Knisja Arċipretali.

Il-Quddiesa se tibda fis-2.30pm. Wara l-Quddiesa il-korteo se jgħaddi minn Triq Sciortino saċ-Ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù.

AQRA: “Ħallejtna bla kliem”; Imut vittma tal-kamra tan-nar ta’ Ħaż-Żebbuġ

Il-Każin stieden lill-Każini u l-għaqdiet li jixtiequ jingħaqdu magħhom biex jagħtu l-aħħar tislima lil Attard, li jistgħu jagħmlu dan.

Il-Kumitat Eżekuttiv javża li l-Funeral ta' Joe Attard ser isir is-Sibt 9 ta' Frar 2019.Il-korteo akkumpanjat…

Posted by Każin San Ġużepp u Banda De Rohan #Omm il-Baned Maltin on Thursday, February 7, 2019