Jitħabbar il-Bord tad-Diretturi ta’ HSBC Malta

Il-Bank HSBC Malta p.l.c. organizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali fejn ir-Riżoluzzjonijiet Ordinarji kollha fuq l-aġenda kienu approvati skont il-Memorandum u l-Artikli ta’ Assoċjazzjoni tal-Bank.
Soġġetti għall-approvazzjoni regolatorja, inħatru dawk li se jservu fuq il-Bord tad-Diretturi tal-Bank: Sonny Portelli – Chairman, Andrew Beane, Christopher Davies, Tanuj Kapilashrami, Dr Philip Farrugia Randon, Prof Andrew Muscat, John Bonello, Prof Juanito Camilleri, u Sue Vella. Bl-eċċezzjoni ta’ Andrew Beane, id-Diretturi kollha huma Diretturi Mhux Eżekuttivi.
Matul il-Laqgħa, il-Kap Eżekuttiv tal-Bank Andrew Beane qal li l-kumment ippubblikat f’gazzetta lokali bl-Ingliż fil-11 ta’ April 2016 li r-Rapport Annwali ta’ HSBC ma semmiex id-dettalji tal-ħlasijiet lid-Diretturi, ma kienx korrett. Id-Dikjarazzjonijet Finanzjarji tal-2015 tal-Bank fihom it-tagħrif kollu meħtieġ skont il-liġi u skont l-International Financial Reporting Standards (IFRS) kif adddottati mill-UE dwar is-suġġetti kollha, fosthom l-emolumenti mħallsa lid-Diretturi.