Jitgħarras l-eks raġel ta’ Meghan Markle

L-eks raġel ta’ Meghan Markle, Trevor Engleson, tgħarras ġimagħtejn wara t-tieġ Irjali.
Trevor, li huwa produttur tal-films staqsa lit-tfajla tiegħu, Tracey Kurland, biex tiżżewġu, u nhar il-Ġimgħa ppubblika d-dettalji tal-proposta li għamlilha fuq Instagram.
Markle u Engleson kienu ltaqgħu fl-2004 u żżewġu fl-2011. Wara sentejn żwieġ, il-koppja ddivorzjat.
Il-Prinċep Harry u Meghan Markle ngħaqdu fiż-żwieġ fil-Kappella ta’ San Ġorġ f’Windsor Castle fid-19 ta' Mejju li għadda.