Jitgħaffeġ minn iljunfant u mbagħad jittiekel mill-iljuni fl-Afrika t’Isfel

Raġel li hu suspettat li kien jaqbad ir-rinoċeronti tgħaffeġ minn iljunfant, u mbagħad ittiekel minn iljuni fil-Park Nazzjonali Kruger fl-Afrika t’Isfel.

Nies li kienu kompliċi miegħu biex jaqbdu r-rinoċeronti qalu lill-familja tal-vittma li hu nqatel minn iljunfant nhar it-Tlieta li għadda. Sabuha diffiċli biex isibu l-katavru tar-raġel, iżda nhar il-Ħamis sabu ras umana u qalziet.

L-eżekuttiv tal-park ta l-kondoljanzi tiegħu lill-familja, filwaqt li qal li li wieħed jidħol fil-park huwa illegali, u l-fatt li l-vittma daħal bil-pass kien perikoluż.

Dan il-park għandu problema b’nies li jżuruh biex jaqbdu l-annimali.