Jitfgħu barmil ilma kiesaħ fuq rashom għall-kawża ġusta

Fuq Facebook, għadd ta' żgħażagħ qed itellgħu ritratt tagħhom jitfgħu barmil ilma kiesaħ silġ fuq rashom.
Ir-raġuni wara din l-inizjattiva hi li tinħoloq iktar kuxjenza favur il-marda li taffettwa l-moħħ u l-għadam tad-dahar, kif ukoll il-moviment volontarju tal-persuna.
Minkejja dan, mhux kulħadd laqa’ din l-inizjattiva b'mod pożittiv. Uħud ikkritikaw l-inizjattiva u qalu li filwaqt li persuna kapaċi tattira ħafna attenzjoni onlajn, dan ma jfissirx li l-maġġoranza ta’ dawn il-persuni se jkunu jgħinu persuni li għandhom din il-marda.
Sostnew li min verament irid jgħin jista’ jagħti donazzjoni sabiex issir iktar riċerka fil-qasam. Qalu li meta titfa’ barmil ilma kiesaħ fuq rasek, int m’int qed tagħmel ebda differenza.