Jitfakkru 100 sena mill-mewt tal-patrun ta’ Santa Luċija

Fil-paroċċa ta' Santa Luċija bħalissa jinsabu għall-wiri diversi oġġetti u dokumenti relatati ma' Papa Piju X.
Ma' Newsbook.com.mt, il-kappillan Fr Malcolm Agius qal li din is-sena qed jitfakkar 100 sena mill-mewt tal-qaddis, u għalhekk għamlu sejħa għall-oġġetti differenti.
Numru ta' parroċċi minn madwar Malta taw oġġetti relatati mal-qaddis għal din il-wirja, kif ukoll minn kollezzjonijiet privati.
Qed ikunu organizzati attivitajiet marbuta mal-anniversarju biex permezz tagħhom il-parruċċani jsiru jafu aktar dwar il-qaddis patrun tagħhom.
Il-parroċċa ta' Santa Luċija se tkun qed tippubblika żewġ kotba bil-Malti dwar il-Papa Piju X għall-adulti u għat-tfal.
Il-wirja se tkun miftuħa sal-Ħadd 24 t'Awwissu.