Jitfakkar ix-xjentist Einstein waqt l-ewwel attività f’Esplora

L-ewwel attività mis-sensiela Esplora ttellgħet fl-okkażjoni tal-mitt sena minn meta x-xjentist Albert Einstein ħareġ bit-teorija tar-Relattività Ġenerali.
Kumpanija teatrali tellgħet wirja teatrali li kienet imżewqa b’biċċiet umoristiċi u mużikali.
Matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu attendew diversi skejjel filwaqt li l-pubbliku attenda għas-sessjonijiet ta’ filgħaxija.
L-attività ġiet organizzata mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija f’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza f’Bighi.