Jitfakkar Ayrton Senna; 25 sena minn mewtu

Din il-ġimgħa qed jitfakkar l-inċident ta’ Imola li ħadet il-ħajja tas-sewwieq Brażiljan Ayrton Senna. Il-mewt ta’ Senna ħalla impatt mhux biss fuq il-familja u s-segwaċi tiegħu, iżda wkoll fuq il-grand prix racing fit-totalità tagħha.

25 sena wara mewtu, Senna xorta jibqa’ meqjus bħala leggenda tal-Formula One. Apparti milli kellu t-talent fis-sewqan, Senna kien ukoll jagħti kas li jippreepara lilu nnifsu kemm fiżikament kif ukoll mentalment filwaqt li jagħmel fiċ-ċert li jkun jaf eżatt il-karozza li jkun se jsuq. Dan kien dak li kien jagħmel lil Ayron Senna l-aqwa sewwieq.