Jitfaċċa ġurnalist li nħataf 3 snin ilu

Reuters

Filmat fil-midja Ġappuniza juri ġurnalist freelance miżmum minn militanti Sirjani jitlob ghajnuna wara tliet snin priġunerija.

Sorsi mill-Gvern Ġappuniż jaħsbu li ir-raġel huwa Jumpei Yasuda.

Ir-raġel jidher għarkupptejh bejn żewġt irġiel b’wiċċhom mgħammad waqt li bil-Ġappuniż u  b’vuċi miksura jgħid, “Jisimni Umar. Jiena min-Nofsinhar tal-Korea. Illum huwa l-25 ta’ Lulju, 2018. Qiegħed f’sitwazzjoni prekarja. Għandi bżonn għajnuna immedjata.”

Sorsi Ġappuniżi kienu rrappurtaw lil Yasuda maħtuf minn assoċjat mal-Al Qaeda wara li daħal fis-Sirja mit-Turkija fl-2015.

Mhuwiex ċar għaliex qal li huwa Korean u għaliex uża dak l-isem.

Il-Kap Segretarju tal-Kabinett Ġappuniż Yoshihide Suga qal li l-Gvern Ġappuniż huwa responsabbli għaċ-ċittadini tiegħu u qiegħed juża mezzi varji ta’ informazzjoni.