Jitfa’ sandli lejn raġel li kien qed jiġri warajh

Raġel ta’ 27 sena tefa’ sandli lejn raġel armat b’oġġett tal-metall li kien qed jiġri warajh.
Illum fil-Qorti nstema' kif r-raġel ta’ 27 sena irrapporta li t-tfajla tiegħu kienet nieqsa lbieraħ. Wara li għamel ir-rapport, skopra li t-tfajla kienet qiegħda f’garaxx f’Ħal Qormi.
Hu mar għaliha u ħariġa mill-garaxx. Daħħalha f’karozza li kienet ta’ omm it-tfajla.
Ir-raġel mar lura lejn il-garaxx biex jiġbor xi oġġetti personali tat-tfajla, però numru ta’ rġiel armati b’oġġetti tal-metall bdew jiġru warajh. Waqt li kien qed jaħrab, ir-raġel tefa’ wieħed mis-sandli tat-tfajla tiegħu lejn l-irġiel u laqat wieħed minnhom f’rasu. Ikkawżalu ġrieħi serji. Waqt l-inċident għamel ukoll ħsara lill-karozza ta’ omm it-tfajla.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati li kkawża ġrieħi gravi lir-raġel l-ieħor u ngħata l-libertà proviżorja.