Jitfa’ l-flus fil-but, u jitlaq ‘il barra

Grocer fri Triq Santa Katarina Birżebbuġa safa’ misruq minn raġel kmieni lbieraħ filgħodu.
Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li s-serqa seħħet għall-ħabta tas-6.30am, xħin l-allegat ħalliel seraq xi flus kontanti, tefagħhom fil-but u ħareġ ’il barra.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.