Jistupraha għal 8 xhur wara li sabilha xogħol f’Malta

Fil-Qorti llum instema’ kif ir-raġel Pakistani li qed jiġi akkużat li stupra mara tal-istess nazzjonalità għal numru ta’ drabi fi żmien tmien xhur wara li kien sabilha xogħol f’Malta.

Il-Qorti se tkun qed tiddeċiedi dwar jekk għandux jingħata l-ħelsien mill-arrest f’Ġunju war ali tkun xehdet il-mara. L-akkużat huwa mexxej tal-komunità Pakistana f’Malta ta’ 36 sena, li jaħdem bħala infermier.

Ir-rapport daħal lill-Pulizija f’Birżebbuġa fis-17 Mejju. Il-mara kienet qalet lill-pulizija li kienet ilha vittma ta’ abbuż għal madwar tmien xhur. Hi kienet waslet Malta xi xhur qabel il-bidu tal-abbuż wara li kienet ħallset lill-akkużat biex isibilha xogħol f’Malta bħala fattiega.

Jidher li l-akkużat kien organizzalha festin mal-wasla tagħha f’Malta fejn kienet mistiedna l-komunità Pakistana. Wara hu qal lill-mara biex tmur fl-appartament tiegħu fejn offra li jakkomodaha. Wara dan il-każ, huma ltaqgħu numru ta’ drabi fejn il-mara qalet li ġiet sfurzata kontra r-rieda tagħha sabiex ikollha x’taqsam miegħu.

Il-vittma bdiet tibża’ titkellem minħabba l-kultura Pakistana li tgħid li s-sess qabel iż-żwieġ huwa taboo. Għaldaqstant, wara li bosta professjonisti talbuha titkellem, iddeċidiet li ssegwi l-pariri tagħhom.