​Jistupra tfajla ta’ 15-il sena “biex jagħtiha tagħlima”

Żagħżugħ ta’ 23 sena minn Ħaż-Żabbar tressaq il-Qorti akkużat li stupra lill-ekstfajla tiegħu li għandha biss 15-il sena.
Huwa ġie mixli li żamm lit-tfajla kontra l-volontà tagħha u pparteċipa f’atti sesswali magħha nhar it-Tnejn li għadda kif ukoll diversi drabi minn Settembru 2017 ‘l hawn.  Jinsab mixli wkoll li hu reċediv.
Fil-Qorti nstema’ kif iż-żagħżugħ induna li t-tfajla kienet qed tibgħat messaġġi lis-sieħba l-ġdida tiegħu, ried jagħtiha tagħlima. Ħadha d-dar ta’ ommu fejn wara li ħassrilha l-messaġġi, sawwatha u stupraha.
L-imputat wieġeb mhux ħati u talab għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ma ntlaqgħetx mill-Qorti.
Għaldaqstant, huwa se jinżamm arrestat.