“Ieqaf esperimenta bil-ħajja tan-nies” – Patients Not Profit

L-għaqda Patients Not Profit (PNP) appellat lill-Gvern biex jippublika l-kuntratti kollha dwar il-servizz tas-saħħa pubblika.
Fi stqarrija l-PNP qal li għalkemm is-settur tas-saħħa pubbliku dejjem qed jikber, jinsab konċernat dwar il-politika falluta fi ħdan is-settur, b’mod partikolari dik tal-inizjattiva sħubija finanzjarja bejn is-servizz privat u s-servizz privat.
Il-grupp sostna li inizjattivi internazzjonali m’għandhomx jiġu pruvat l-ewwel darba f’Malta.
Żied jgħid li min jesperimenta bis-settur tas-saħħa jkun qed jesperiment bil-ħajja tan-nies.
Il-grupp PNP qal li l-għan prinċipali tiegħu hu li tiżdied it-trasparenza mill-Gvern rigward fil-kuntratti tas-saħħa u li l-politika li tikkonċerna s-saħħa tkun ibbażata aktar fuq il-fatti magħrufa.
Ritratt: L-ewwel attività tal-PNP fil-Belt Valletta