“Jistħoqqlok l-aħjar talli ssagrifikajt ħajtek biex tgħinni” – Bjorn lil Maria

Awguri lil Maria Formosa, mart Bjorn li llum qed tiċċelebra għeluq sninha.

Bosta huma l-messaġġi f'għeluq sninha iżda bla dubju wieħed mill-aktar messaġġi sinifikativi huwa dak ta' żewġha Bjorn.

"Awguri Maria! Inti sempliċement ħaqqek l-aħjar talli ssagrifikajt ħajtek biex tgħinni u lil ħafna nies oħra. Biddilt ħajtek kollha biex tadatta għas-sitwazzjoni ta' għixien impossibbli tiegħi. Qatt ma nista' nirringrazzjak biżżejjed. Grazzi ta' kull ma għamilt miegħi," kitbilha hu.

Happy Birthday Maria! You simply deserve the very best for sacrificing your life in helping me and many other people….

Posted by Bjorn Formosa on Thursday, October 1, 2020

Bjorn u Maria ilhom miżżewġin minn Diċembru tal-2016. Flimkien qed jaħdmu biex titlesta Dar Bjorn biex tkun tista’ tilqa’ u tgħin ħafna nies li għandhom il-kundizzjoni tal-ALS.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.