​Jistennew biex jaħdmu bħala skrivana mal-Gvern

186 persuna qed jistennew biex jaħdmu mal-Gvern bħala skrivana, wara li għaddew mit-test u mill-interview.
Fil-Parlament, qabel il-waqfa "kmieni" tas-sajf, il-Prim Ministru Joseph Muscat wieġeb għal mistoqsija tad-deputat tal-PN, Clyde Puli u qal li l-aħħar sejħa għal skrivana saret fit-8 ta’ Lulju.
Għaddew 312-il persuna u sa issa ġew impjegati 126. Ir-riżultat jibqa’ jgħodd sentejn sat-8 ta’ Jannar, 2019.