Jistaqsi x’għandu jiġri minn Jean Pierre Debono peress li “nqabad darbtejn”

Facebook - Jean Pierre Debono

Read in English.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista (PN) Robert Arrigo qed jistaqsi xi jsir meta “impjegat” jinqabad ibagħbas darbtejn. Arrigo kien qed jirreaġixxi għall-kumment tal-Avukat David Griscti li f’kumment fuq Facebook kiteb li l-PN ma jistax jattira lin-nies lura jekk il-messaġġ li qed jingħata huwa li min jilgħab bil-proċessi elettorali interni għandu l-protezzjoni u se jibqa’ hemm.

Il-kummenti dwar it-tbgħabis saru b’referenza għaċ-Chief Political Co-Ordinator tal-PN Jean Pierre Debono.

Facebook

X’kienu dawn id-“darbtejn”?

Lura fl-2017, Debono kien involut fi skandlu tal-voti b’rabta mal-elezzjoni interna tal-PN għall-kariga ta’ Kap tal-Partit li kien rebaħ l-avukat Adrian Delia. Rapport li kien ġie leaked qal li Debono kien ġabar dokument tal-vot ta’ tesserat tal-PN minn proxy (persuna oħra) li ma kinitx ingħatat bil-kunses tal-votant. It-tesserat qal li l-firma fuq il-proxy ma kinitx tiegħu.

Reċentament Debono ġie kkritikat mill-eks President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN Marth Anthony Sammut. Sammut qal li s-siġġu parlamentari ta’ Għawdex mhux biss insteraq minn Għawdex imma li nsteraq b’qerq. Sammut qal li meta kien President tal-Eżekuttiv ma kellux aċċess dirett għad-data u għall-attendenza tal-membri. Qal li din kienet ir-responsabbilità esklussiva ta’ Jean Pierre Debono. Jean Pierre Debono qal li l-persuna li qed tqarraq hija Mark Anthony Sammut u li hu ma kellux x’jaqsam mal-listi.

“Mhumiex nagħaġ imma lpup” – Arrigo

David Griscti kiteb fuq Facebook li jekk il-messaġġ mill-partit huwa li qisu xejn m’hu xejn, allura ma jistax jippretendi li n-nies jafdawh. Tkellem ukoll dwar investigazzjoni tal-pulizija li potenzjalment tista’ tiġri.

Din id-diskussjoni onlajn kienet ispirata minn post tal-Kunsillier Elett tal-PN Pierre Paul Portelli. Huwa wkoll l-President tal-Kulleġġ Kunsilliera Lokali Partit Nazzjonalista u kien parti mit-team tal-kampanja ta’ Adrian Delia meta kien qed jikkontesta għall-kariga ta’ kap tal-partit Nazzjonalista.

Fuq Facebook Portelli elenka numru ta’ proposti li fil-fehma tiegħu isaħħu l-PN. Qal li l-ebda membru parlamentari m’għandu jokkupa kariga uffiċjali jew ikun impjegat fid-Dar Ċentrali u fil-midja. Qal ukoll li hemm bżonn rebranding totali tal-partit.

Portelli qal li ilu 20 xahar jipproponi ħafna minn dawn l-ideat u li qisu hemm “min jaf kollox u ma jridx jisma”.

L-eks Membru Parlamentari Nazzjonalista Franco Debono staqsa għalfejn dawn il-proposti ma sarux fl-aħħar sentejn. Żied jgħid ukoll li dawn mhumiex is-soluzzjoni. Franco Debono qal li tmien snin ilu kien ħareġ bi proposti bħall-qasma tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali imma qal li ħadd ma ta kasu dakinhar.

Il-kandidat elett għall-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Daniel Cordina qal li ma fadalx għażla ħlief li l-PN jitfa’ lil Jean Pierre Debono ‘l barra. Qal li dan inqabad “dabtejn iħawwad”. “BARRA BARRA BARRA,” kiteb Cordina fuq Facebook. Żied jgħid ukoll li m’għandux dubju li hemm aktar affarijiet li għadhom ma ġewx żvelati.

Fuq l-istess post fuq Facebook, l-eks Kandidat tal-PN għall-Elezzjoni Ġenerali Wayne Hewitt qal lil Pierre Portelli li l-proposta li tgħid li għandha tinbidel it-tmexxija kollha mhix elenkata fil-lista tiegħu.

Il-post ta’ Pierre Paul Portelli: