Jistaħba fil-gallarija tal-ekssieħba tiegħu

Raġel ta’ 30 sena residenti fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far ingħata sentejn ħabs, sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li staħba fil-gallarija ta’ mara li kien f’relazzjoni magħha bil-għan li jisraqha.
Huwa ġie mixli li tela’ fil-gallerija tal-mara, għamel xi ħsara fil-propjetà u li kien fis-sakra fil-pubbliku.
L-akkużat deher quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli.