Jista’ Pjanic jieħu post Iniesta?

Wara li naqsu mill jakkwistaw lil Antoine Griezmann, li stqarr pubblikament fuq vidjo bit-titlu ta’ “La Decision” ix-xewqa tiegħu li jibqa’ ma’ Atletico Madrid, Barcelona issa qed ifittxu li jżidu midfielders fit-tim.

Ir-rebbieħa ta’ La Liga għandom bżonn isibu s-suċċessur ta’ Andres Iniesta u Miralem Pjanic ta’ Juventus jidher li huwa prijorità fis-suq tat-trasferimenti.

L-eks midfielder ta’ Roma huwa membru importanti fit-tim ta’ Massimiliano Allegri u deher f’31 logħba għall-bianconeri matul l-istaġun.

Skont il-gazzetta Spanjola Sport, Barcelona xeħtu wkoll għajnejhom fuq Christian Eriksen ta’ Tottenham Hotspurs li fl-istaġun l-għadda skurja 14-il gowl u provda 11-il assist fil-kompetizzjonijiet kollha.

Miġjub lilek minn Hublot