Jista’ l-arloġġ jitreġġa’ lura?

Is-sensiela Għeruq tkompli llum is-Sibt fit-3.30pm fuq l-istazzjon Xejk u se naraw kif il-fatt li Bennard jiksirha magħhom jinkwieta ħafna lil Doru. Dun Frans, il-kappillan, jindaħal biex jipprova jsewwi l-ħsara. Minbarra l-inkwiet fuq Bennard, Doru jkollu wkoll l-inkwiet ta’ bintu Karen.

Wara t-tilwima li jkollhom hi u Robert, dan ta’ l-aħħar jidher li qed jitlef kull interess fiha meta ftit żmien biss qabel kien qed jaħsbu biex jiżżewġu. Bennard ukoll, xejn ma jkun ferħan bis-sitwazzjoni. Iżda madankollu, minkejja li jipprova, jista’ xi darba jreġġa l-arloġġ lura?