Jista’ isir restorant fid-Dar Ċentrali tal-PN?

L-eks teżorier tal-Partit Nazzjonalista Peter Darmanin beda petizzjoni onlajn fuq il-Facebook biex jinġabru l-firem sabiex fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista jinbena restorant.

Darmanin qiegħed jappella minn fuq il-Facebook biex iżjed persuni jiffirmaw din il-petizzjoni, li mistennija titressaq għall-attenzjoni tal-Kap tal-Partit, Simon Busuttil.

Din l-inizjattiv qed issir fid-dawl tal-problemi finanzjarji kbar li fil-preżent għandu l-Partit Nazzjonalista.

Dwar din il-proposta, il-Perit Robert Musumeci li huwa l-Konsulent tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-MEPA fuq Facebook sostna li skont ir-regolamenti tal-MEPA tal-2006 din il-proposta, li jinbena restorant fid-Dar Ċentrali, ma tistax issir.