Jista’ jkun mhux minnu li l-penicillin ma jaqbilx miegħek

Persuna minn kull għaxra jista’ jkun li f’ħajjitha qalulha li l­-penicillin ma jaqbilx magħha. Dan jista’ jkun mhux veru. Fl-Ingilterra madwar disa’ persuni minn 10 mhumiex allerġiċi għal din il-mediċina.

Persuna tista’ tkun reżistenti għall­-antibijotiċi u għall­-infezzjonijiet bħal C.difficile jew l­MRSA. Dawn jistgħu jkunu perikolużi għax it-­tobba huma sfurzati li jużaw tipi oħra ta’ mediċini li joqtlu iktar batterji mill-­penicillin.

Meta wieħed juża antibijotiċi oħrajn flok il-penicillin jista’ joħloq reżistenza għall-­antibijotiċi u għalhekk meta wieħed ikun marid il­-batterji jimmultiplikaw mingħajr l­-ebda xkiel.

Il­-penicillin hija l-­aħjar mediċina li tittratta infezzjonijiet serji bħal bacterial pneumonia, mard trażmess sesswalment u infezzjonijiet fil-­ġrieħi. Mediċini oħra huma inqas effettivi u ħafna drabi jagħmlu iktar ħsara lill-muskoli u s­-sistema tan-nervituri.

Ħafna drabi t­-tobba jagħtu din il-­mediċina b’mod ħażin għax il-­penicillin jaħdem biss fuq infezzjonijiet li ġejjin mill­-batterji. Meta tfal ikollhom ftit raxx għal ftit jiem, ħafna drabi wieħed jikkonkludi li kien minħabba li l­-penicillin ma taqbilx mal­-persuna però jidher li dan qed jagħmel iktar ħsara milli ġid.

Xi ġralha Josie?

Josie Eddy ta’ 63 sena kienet ilha iktar minn 40 sena ma tieħu mediċina li fiha l-­penicillin. Hija spjegat li meta kellha 19-­il sena kellha infezzjoni f’sidirha u fil­-passaġġ minn fejn tgħaddi l­-urina. Hija bdiet tieħu l-­penicillin kif ordnalha t-­tabib però wara ftit jiem, hija spiċċat mimlija raxx ma’ ġisimha kollu. Wara ftit jiem spiċċat l­-isptar u qalulha li hija allerġika għall­-penicillin. Hija żviluppat kundizzjoni fil­-fwied u qed tistenna trapjant sakemm ikun hemm donatur. Josie trid tieħu trattament kuljum li jinkludi l­-penicillin. Il­-penicillin hija mediċina importanti li tintuża wkoll wara l­-operazzjonijiet biex twaqqaf l­-infezzjonijiet.

Josie għamlet diversi testijiet li rriżultaw li ma kinitx allerġika għal din il­-mediċina. Hija qalet li jista’ jkun li hija sensittiva għal din il-­mediċina u ġieli kellha effetti bħal raxx iżda dawn mhumiex ta’ periklu għal ħajjitha. Hija appellat biex ikun hawn iktar informazzjoni u jsiru dawn it­-testijiet.