Jista’ jkun inbidillek in-numru tal-bieb

Xi toroq fl-Imsida u Ħal Qormi nbidlulhom in-numru tal-bibien.
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali qalet fi stqarrija li dawk il-persuni li nbidlilhom in-numru għandhom iweħħlu n-numru l-ġdid u jneħħu l-qadim, skont il-liġi.
Dawn huma t-toroq imsemmija:
L-Imsida: Triq Antonio Sciortino, Triq Il-Baċir, Triq l-Isqof F.S. Caruana, Triq L. Zamenhof, Triq Il-Monsinjur Dandria, Triq Nazju Falzon u Triq Ta’ Xmiexi
Ħal Qormi: Triq Ġużè Muscat Azzopardi u Triq it-Tapizzara.
L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-14 ta’ Lulju u jidher ukoll fil-sit tal-Kummissjoni Elettorali.