Jista’ jkun inbidillek in-numru tal-bieb

Residenti f’Ħaż-Żabbar, f’Wied il-Għajn, fil-Mellieħa, f’Tas-Sliema u fis-Swieqi ngħatalhom numri ġodda għad-djar.
Is-sezzjoni tal-immaniġġjar tal-indirizza qed tavza li dawk li joqogħdu:
Triq il-Baħrija u Triq Francis X. Attard, Ħaż-Żabbar;
Triq Ħaż-Żabbar, St Peter’s, Ħaż-Żabbar;
Triq l-Għaġuża u Triq il-Quċċata, Marsaskala;
Triq il-Kannestru, Il-Mellieħa;
Triq Beresford, Tas-Sliema; u
Triq il-Qantar u Triq il-Qasba, Is-Swieqi
ngħataw nmri ġodda skont kif ġie ppubbliakt fil-Gazzetta tal-Gvern.
Dawn ir-residenti huma jwaħħlu n-numru l-ġdid mal-faċċata tagħhom sal-24 ta’Awwissu.