“Jista’ jkun imnalla li sar l-inċident fuqi” – Jeremy Cardona

Il-Kunsillier Jeremy Cardona qal li jekk l-inċident li sar fuqu jwassal sabiex tgawdi minn l-Gżira, mela allura jgħid li mnalla sar l-inċident.
Dan wara li kien kważi ttajjar apposta minn “kuntrattur” fi Triq ix-Xatt fil-31 ta’ Mejju.
Dan qalu fuq messaġġ li ħalla fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu wara li lbieraħ saret dimostrazzjoni mar-residenti fi Triq Sir Patrick Stuart.
Cardona spjega li issa kulħadd waqaf sabiex jisma’ l-karba tan-nies, “dak li ilu jaqa’ fuq widnejn torox”.
Wara l-inċident il-Kunsill Lokali tal-Gżira għamel ħamest ijiem magħluq għall-pubbliku b’sinjal ta’ protesta għal dan l-inċident.
Wara li bosta kienu qed jgħidu li l-aggressur wasal għal dan minħabba l-iżvilupp li qed isir fil-Gżira u li qed jopponi Cardona.
Min-naħa l-oħra, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) kienet sostniet li minn investigazzjonijiet preliminarji rriżulta li l-inċident ma kienx relatat ma’ żvilupp partikolari, imma ġie mmotivat minn argument personali.