Jista’ jkun hemm il-ħajja f’wieħed mill-qmura ta’ Jupiter

In-NASA tinsab lesta li tibda missjoni fuq Europa, il-qamar tal-pjaneta Jupiter.
Ix-xjenzati jinsabu ċerti li taħt il-wiċċ tas-silġ ta’ dan il-qamar hemm l-ilma, li huwa meqjus bħala l-iktar ingredjent importanti għall-ħajja.
Europa huwa wieħed mill-erba’ qmura ta’ Jupiter u kien instab minn Galileo fl-1610.
Din l-esplorazzjoni tan-NASA mistennija li tibda qrib l-2020, b’vettura spazjali li se torbita madwar Jupiter u mal-45 darba ma’ Europa, daqs 16-il mil ‘il bogħod.
Mhux mistenni li l-vettura tinżel fuq Europa minħabba r-radjazzjoni kbira ta’ dan il-qamar.