Iċ-child-carers qed jonqsu għax qed ifittxu xogħol ieħor – AD

L-Alternattiva Demokrattika qed tgħid il-ħaddiema fiċ-childcare centres qed jonqsu għax qed ifittxu xogħlijiet f’postijiet oħra.
Fi stqarrija qalet li dan tħabbar waqt laqgħa tal-Unjin tal-Għalliema dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol.
Il-kelliem għall-edukazzjoni, Mario Mallia qal li l-kooperattivi fis-settur privat kienu protagonisti fl-iżvilupp fiċ-childcare centres f’dawn l-aħħar snin hekk kif hi l-politika tal-Gvern li kulħadd ikollu aċċess għal dan is-servizz.
Kompla jgħid li kundizzjonijiet aħjar u rappreżentanti għall-ħaddiema fiċ-child-care centres se jkunu indirizzati, ‘għaliex huma għandhom responsabbiltajiet kbar għall-iżvilupp u ħarsien tat-tfal.”
Temm jgħid li dan huwa xogħol vokazzjonali u essenzjali, u li l-Gvern għandu jżid il-pagi tal-ħaddiema li jixtiequ jaħdmu fuq bażi full-time