Jista’ jibda l-proċess biex isir ir-referendum kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa

Il-Kummissjoni Elettorali avżat li lestiet il-proċess tal-verifika tal-firem li tressqu mill-Koalizzjoni kontra l-Kaċċa fir-Rebbiegħa biex isir referendum dwar il-kaċċa.
Mill-44,376 firma li tressqu mill-Koalizzjoni f’petizzjoni, 41,494 minnhom huma validi.
Dan ifisser li nġabru l-firem ta’ 10% tal-popolazzjoni u b’hekk jista’ jsir referendum abrogattiv.
Il-Koalizzjoni laqgħet b’sodisfazzjoni din l-aħbar u sostniet li filwaqt li għadu kmieni biex tiġi stabbilita data qed jissuġġerixxu li dan għandu jsir mal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Min-naħa tagħha, l-FKNK qalet li se tressaq ilment fil-Qorti.