Jissuktaw it-taħditiet bejn l-UE u r-Renju Unit dwar il-Brexit

Read in English.

Mistennija taħditiet kruċjali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit f’Londra f’dan it-tmiem il-ġimgħa hekk kif toqrob il-ġurnata fejn irid jintleħaq ftehim aħħari.

Id-diskussjonijiet waslu wara li l-Kap negozjatur Michael Barnier spiċċa perjodu iżolament wara li kollega tiegħu ttestja pożittiv għal Covid il-ġimgħa li għaddiert.

Qabel telaq lejn Londra, hu stqarr li għad hemm diverġenzi kbar fin-negozjati. Madanakollu stqarr li hu se jaħdem b’paċenzja u determinazzjoni kbira.

Min-naħa tiegħu, Boris Johnson stqarr li ftehim jiddependi mill-Unjoni Ewropea. Meta kien qed ikellem lill-ġurnalisti, Johnson stqarr ftehim jeżisti li jekk l-Unjoni Ewropea tridu.

In-negozjaturi qed jittamaw li jilħqu ftehim dwar trading meta l-perjodu ta’ transizzjoni jintemm post-Brexit jintemm f’Jannar 2021.