Jissuġerixxi “daqqa ta’ pinna” biex iħallu skart illegali f’Tal-Balal

Read in English.

Il-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant issuġerixxa li l-iskart illegali f’Tal-Balal mill-Wasteserv jiġi regolarizzat “b’daqqa ta’ pinna jew tnejn”. Huwa qal dan b’referenza għall-iskart miżmum illegalment fil-faċilità amministrata mill-Wasteserv f’Tal-Balal. Skont liġijiet Ewropej, din il-faċilità tista’ żżomm sa 49 tunnellata ta’ skart iżda l-Wasteserv qalet li bħalissa hemm aktar minn 500 tunnellata.

Fuq Facebook, Sant skuża lil Wasteserv għax qal li “ma kellhomx alternattiva ħlief li jaħżnu dawn l-oġġetti mormija f’volumi akbar” sakemm il-fridges u l-apparat elettroniku ieħor jiġu esportati.

Saħaq li minħabba s-sitwazzjoni f’Malta, “il-problema b’hekk biss tista’ tinħall tajjeb għax m’hemmx triq oħra”.

Newsbook.com.mt ilu għal diversi ġranet jistenna risposta mingħand Wasteserv dwar dan l-iskart illegali.

Ftit tal-jiem ilu trakk mgħobbi b’tgħamir elettroniku nqabad jarmi f’Tal-Balal.

Filmat: Trakk jinqabad jarmi f’Tal-Balal

Fil-Parlament, id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi akkuża l-Wasteserv li qed tikser il-liġi u li issa l-Ministru Josè Herrera tilef kull kontroll fuqha.

AQRA: “Il-Wasteserv qed tikser il-liġi” – Jason Azzopardi