Jissolva ‘misteru’ ta’ $14-il miljun

Ħaddiem ta’ dipartiment tal-lottu fl-Istati Uniti spiċċa arrestat fi tmiem investigazzjoni ta’ 4 snin.
Dan għaliex l-eks Direttur, li xogħlu kien li jħares l-informazzjoni tal-lottu, inqabad jipprova jsarraf biljett tal-lotterija li permezz tiegħu kien rebaħ ftit iktar minn $14-il miljun.
Ir-regolamenti fl-Istati Uniti jipprojbixxu li xi ħadd li jaħdem mad-dipartiment tal-lottu jixtri biljett tal-lotterija jew jirbaħ premijiet.
Is-suspett tal-awtoritajiet qamu meta avukat ipprova jsarraf il-biljett rebbieħ għal klijent li ismu żammu mistur.
Ir-raġel qed jiffaċċja żewġ akkużi b’rabta ma’ frodi.