Jissoktaw l-attakki fatali f’Aleppo

Kompla l-ġlied f’Aleppo fis-Sirja b’rapporti jgħidu li ġiet attakkata moskea, f’inħawi maħkuma mis-suldati tal-Gvern, u nqatlu 8 persuni.
Rapporti oħra qed jgħidu li ntlaqtet klinika oħra, wara l-isptar tal-bieraħ, din id-darba f’inħawi maħkuma mir-ribelli.
Is-suldati ta’ Assad sadattant ħabbru dak li sejħu “reġim ta’ kalma” li se jidħol fis-seħħ kmieni għada filgħodu.
Mistenni jkopri 24 siegħa f’Damasku u sa 72 siegħa fl-inħawi ta’ Latakia imma ma jsemmix lill-belt ta’ Aleppo fejn fl-aħħar ġimgħa nqatlu 200 persuna.