Jissokta l-interess ta’ Borussia Dortmund għal Mhkhitaryan

Skont il-gazzetta The Independent, il-klabb Ġermaniż ta’ Borussia Dortmund qed jibqa’ juri interess li jerġa’ jġib lura lill-eks attakkant tagħhom Henrikh Mhkhitaryan li bħalissa qed jilgħab ma’ Manchester United.
Wara li l-plejer Armen ingħaqad mar-Red Devils fis-sajf tal-2016, ftit kien utilizzat mill-kowċ Jose Mourinho anke minħabba l-fatt illi kellu kompetizzjoni kbira minn kollegi fid-dipartiment offensiv.
Min-naħa tiegħu l-kowċ Portugiż għandu f’moħħu illi jipponta għall-plejer ta’ nofs il-grawnd tat-tim minn Dortmund Julian Weigl u b’hekk Mhkhitaryan jista’ jkun il-pont li jwassal għall-miġja ta’ dan il-plejer.