Jissieltu biex iżommu lil binhom ħaj

Alfie Evans, tarbija ta’ 23 xahar minn Liverpool, l-Ingilterra, twieled b’saħħtu, iżda ilu f’koma għal sittax il-xahar minħabba kundizzjoni fil-moħħ li hija rari u inkurabbli.
Il-Qorti fl-Ingilterra, fl-20 ta’ Marzu, ddeċidiet li l-magna li żżommu ħaj għandha tintefa’. Madankollu, il-ġenituri li jinsistu li qed jarawh isir iktar b’saħħtu, ma jaqblux.
Skont il-ġenituri tiegħu, Alfie qed jisgħol, jieħu xi ftit nifs waħdu, jiġġebbed, u anka jirrispondi għal tagħrix. Huma  akkużaw lill-isptar Alder Hey f’Liverpool li mar minn wara darhom biex jitfa’ appell il-Qorti biex jintfew il-magni li jżommu lil binhom ħaj. Alder Hey Children's Hospital reġa’ appella l-Qorti biex jitfulu l-magna, saħansitra minn għada stess.  
Il-ġenituri saħqu li meta ltaqgħu ma’ rappreżentanti tal-isptar nhar il-Ħamis, iddeċidew li se jitwaqqaf l-pjan li jitfu l-magna għaliex il-ġenituri ħadu opinjoni medika oħra, u qalu li Alfie jinsab b’saħħtu biżżejjed biex jittieħed l-Italja għal kura medika hemmhekk.
Il-ġenituri jixtiequ li l-isptar jibqa’ jikkura lill-binhom biex fil-futur ikunu jistgħu isiefruh għal trattamenti barra mill-Ingilterra.