Jissieltu biex il-ħaddiema jaħdmu biss 4 ijiem fil-ġimgħa

Tilwima industrijali avviżi legali ERB

Huwa possibli li wieħed jaħdem erbat ijiem fil-ġimgħa jekk in-negozji jkunu lesti jaqsmu l-benefiċċju ta’ teknoloġija ġdida mal-ħaddiema. Dan qalitu t-TUC, Kungress tat-Trade Unions fil-Gran Brittanja, li qed tuża l-konferenza annwali tagħha biex titlob lill-gvern Ingliż jieħu azzjoni u tgħin lin-nies jaħdmu inqas siegħat u jaqilgħu l-istess ammont ta’ flus.

L-Inteliġenza Artifiċjali, ir-robotika u l-awtomazzjoni tista’ tipprovdi £200 billjun lill-ekonomija Ingliża fl-għaxar snin li ġejjin.

Ħaddiema ta’ kumpanija f’Wales diġa jaħdmu erbat ijiem fil-ġimgħa u jaqilgħu l-paga kompluta. Mark Hooper, il-fondatur ta’ din il-kumpanija f’Wales qal li din il-bidla ħadet 18-il-xahar biex saret u ma kinietx faċli. Kollega ta’ Hooper qal li grazzi għal din is-sistema huwa ħafna iktar flessibli u jirnexxielu jlaħħaq ma’ ħafna iktar affarijiet.

Madanakollu jidher li fl-Ingilterra ħafna sejrin f’direzzjoni differenti, b’ 1.4 milljun persuna jaħdmu sebat ijiem fil-ġimgħa.