Jissejjaħ vot ta’ fiduċja fuq il-PM Żvediż

TT News Agency/Henrik Montgomery/via REUTERS

Il-Parlament Svediż se jieħdu vot mandatorju ta’ fiduċja fil-Prim Ministru Stefan Lofven nhar it-Tlieta. Dan il-vot se jiddetermina jekk il-Parlament għandux ikompli jissapportja lill-Prim Ministru Stefan Lofven wara l-elezzjoni tad-9 ta’ Settembru.

Skont is-Soċjo Demokratiku Anders Ygeman, l-erba partiti tal-leminċentrali talbu li jittiehed vot ta’ fiduċja, u b’hekk, skont Ygeman, din għandha ssir.

Fl-elezzjoni li għaddiet, l-ebda partit fl-Iżvezja ma ġab il-maġġoranza assoluta tal-voti.