Jissejħu biex jgħinu żewġ għawwiema f’Marsalforn imma…

Tard wara nofsinhar membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu biex jassistu żewġ għawwiema f’Marsalforn.
Kien għal ħabta tat-3.30pm li rċevew telefonata li żewġ għawwiema kellhom bżonn l-għajnuna.
Madanakollu, hekk kif marru fuq il-post, irriżulta li l-għawwiema rnexxielhom jitilgħu l-art waħedhom u ma kellhom bżonn l-ebda għajnuna medika.