Aġġornata: 60 minorenni abbord Ocean Viking

Twitter / MSF

Read in English.

L-għaqdiet mhux governattivi SOS Mediterranee u Médecins Sans Frontières (MSF) salvaw iżjed minn 80 persuna fil-Mediterran Nofsani.

Dawn l-immigranti issa jinsabu abbord il-bastiment Ocean Viking wara li ssalvaw dalgħodu, skont ma ħabbru fuq Twitter. Din kienet it-tieni ħidma ta’ salvataġġ tal-għaqdiet f’inqas minn 24 siegħa, peress li lbieraħ salvaw għadd ta’ immigranti wkoll.

Aqra: Bastiment ġdid isalva immigranti mill-għarqa

Fost dawk li ssalvaw illum, hemm 35 minorenni mingħajr ġenituri magħhom. Ħafna minnhom għandhom bejn 13 u 15-il sena. Il-grupp hu magħmul minn irġiel biss, li qalu li huma minn Guinea Conakry, mis-Sudan u mis-Sudan t’Isfel.

Minn dawk li ssalvaw il-Ġimgħa, ħamsa minnhom huma nisa u 25 minnhom huma tfal, fosthom tarbija ta’ sena. Dawn l-immigranti huma mill-Kosta tal-Avorju, minn Guinea Conakry, mis-Senegal, mill-Mali, mill-Gambja, miċ-Chad, mis-Sudan, mis-Sudan t’Isfel u mill-Eritrea.

Aqra: Malta lesta tieħu 39 immigrant; deċiżjoni li qed toħloq tensjoni – Open Arms

Intant, Proactiva Open Arms għandha abbord 160 immigrant, 121 li ilhom disat ijiem bejn sema u ilma, u 39 immigrant ieħor li ġew salvati mill-ibħra territorjali Maltin. Fi stqarrija mill-Gvern, ingħad li l-Forzi Armati offriet li tieħu lid-39 immigrant, iżda l-għaqda qaltilhom li jriduhom isalvaw lill-immigranti kollha.

Aqra: L-MSF u l-SOS Mediterranee se jerġgħu jibdew joperaw l-ħidma tat-tfittxija u salvataġġ fil-Mediterran

Aqra: Bastiment li jsalva l-immigranti ma ngħatax fjuwil mill-awtoritajiet Maltin